Opening Doors taħdem fil-qasam tal-eċċellenza artistika, l-aċċess, u l-promozzjoni.
Aħna nemmnu li artisti b’diżabilità intelletwali għandhom ikollhom l-istess opportunitajiet għat-taħriġ, għall-produzzjonijiet, u għall-iżvilupp tal-prattika artistika tagħhom bħal kull artist ieħor.
Għalhekk qed nibnu l-istrutturi biex dan it-twemmin isir realtà.
Il-Missjoni Tagħna
Opening Doors toħloq opportunitajiet għal adulti b’diżabilità intelletwali biex jipparteċipaw fl-arti, jiżviluppaw il-potenzjal kreattiv tagħhom, u jikontribwixxu b’mod sinifikanti fis-settur kulturali.
Nagħmlu dan billi niffukaw fuq erba’ oqsma ewlenin.
Nipprovdu Aċċess għat-Taħriġ u għall-Prattika fl-Arti Performattiva
Nipprovdu taħriġ u opportunitajiet ta’ produzzjonijiet fil-mużika, fl-iżfin, u fit-teatru, kemm f’Malta, u kif ukoll barra minn Malta.
Noħolqu Opportunitajiet Artistiċi
Noħolqu opportunitajiet għall-produzzjonijiet u kollaborazzjoni li jirriflettu u jappoġġjaw il-bżonnijiet, l-ideat, u l-viżjonijiet artistiċi tal-artisti tagħna.
Ngħollu l-Profil tal-Artisti b’Diżabilità
Aħna nisfidaw preġudizzji u suppożizzjonijiet fis-settur kulturali u nassiguraw l-ugwaljanza fir-rikonoxximent u fl-opportunitajiet għal kull artist.
Niffaċilitaw Kollaborazzjoni Internazzjonali
Aħna nappoġġaw l-iskambju ma’ artisti u organizzazzjonijiet fl’ Ewropa biex inwessgħu l-orizzonti u nsaħħu l-iżvilupp professjonali tal-membru tagħna.
L-Istorja Tagħna
Opening Doors ilha tibni xi ħaġa mill-2008. Mhux sempliċement organizzazzjoni – imma moviment. Hawn huma l-mumenti li ffurmawna.
X’Jgħidu l-Membri Tagħna
Mark Zammit Cutajar
Membru
Jordan Farrugia
Membru
Andreas Schembri
Membru
Benjamin Grech
Membru
Ma’ Opening Doors, il-parteċipazzjoni fl-arti mhijiex privileġġ - hija dritt. Dritt li nintegraw f’kull sessjoni tat-taħriġ, kull prova, u kull produzzjoni.
B’xogħolha, Opening Doors tippromwovi l-inklużjoni, il-kapaċità kreattiva, u l-eċċellenza artistika. Il-membri tagħna jiddeskrivu l-esperjenza tagħhom bħala tkabbir fil-ħiliet tagħhom, kunfidenza, ferħ, kollaborazzjoni, viżibilità, sens ta’ appartenenza, u ta’ opportunità - riżultati li jirriflettu żvilupp kemm personali kif ukoll fl-arti professjonali.