It-Tim tat-teatru
Eva Mallia Consiglio
Eva gradwat mill-Università ta’ Malta fl-Arti Performattiva b’first-class honours. Hi kompliet l-istudji tagħha permezz tal-programm Erasmus f’Canterbury Christ Church University, fejn kisbet taħriġ fit-teatru, fl-iżfin, u fil-mużika. Eva ħadmet bħala attriċi u assistenta tal-palk f’diversi produzzjonijiet, fosthom Dik is-Siġra f’Nofs tà Triq (Teatru Malta, 2023), Trikki Trakki (2023), Dr Zen and the Topsy Turvey World (ŻiguŻajg, 2024), u 1x1 (Chewing Production, 2024). Bħalissa, Eva qed tistudja għal Master’s fl-Edukazzjoni fid-Drama biex tkompli issaħħaħ il-prattika pedagoġika tagħha.
Kap
Douglas Comley
Douglas rebaħ il-premju Creative Arts Wales, għandu BA (Hons) fl-Arti Performattiva mill-Università ta’ Middlesex Londra. Hu beda l-karriera taż-żfin tiegħu ma’ Nigel Charnock (DV8), f’Nexus Dance, u wara, ipparteċipa fi produzzjonijiet ma’ Vincent Dance Theatre, Attik Dance, u Daghdha Dance. Douglas ħoloq ukoll koreografiji għal diversi kumpaniji Maltin, fosthom Contact Dance Company Malta. F’Wales, huwa għallem f’Gower College, u serva bħala d-direttur ta’ Dynion Male Dance Theatre kif ukoll ta’ kumpanija għaż-żgħażagħ, fejn mexxa proġetti fil-komunità kif ukoll celebrazzjonijiet importanti. Illum, Douglas jaħdem mill-qrib ma’ organizzazzjonijiet Maltin tal-arti u tal-komunità.
Kap
Lilla Kedves
Lilla Kedves hija artista ibbażata f’Malta, oriġinarjament mill-Ungerija. Hija iggradwat riċentement mill-Università ta’ Malta, fil-kors tal-Baċellerat fl-Arti Performattiva. Lilla ipparteċipat f’bosta produzzjonijiet, fosthom Musical Matchup ma’ Shrinking Violets, u Alda ma’ Theatre Anon. Ix-xogħol tagħha jiffoka fuq it-teatru fiżiku u l-artivism, u għandha interess fil-puppetry. Lilla ilha taħdem ma’ Opening Doors Grupp 1 tat-teatru mill-2023.
Assistent
Ambra Anselmo
Ambra hija kburija li hija parti mit-tim tà Opening Doors, imdawra b’artisti li bħalha jemmnu fil-qawwa tal-arti li tibdel in-normi tas-soċjetà. Għaliha, Opening Doors toffri spazju pożittiv għall-kreattività, l-espressjoni, il-konnessjoni, u għall-iżvilupp personali. Dan l-ambjent jispiriha biex tistudja kif il-prattika artistika tista’ ssir aktar inklużiva, b’emfażi fuq l-esperjenzi tattili. L-arti hija ċ-ċwievet li tiftaħ il-bibien għal-soċjeta’ aħjar!
Assistent
Maya Mifsud
Maya Mifsud hija attriċi, u bħalissa qed taqra għal Baċellerat fl-Arti Performattiva fl’MCAST. Il-vjaġġ artistiku tagħha beda bil-ballet fl-eta’ ta’ tlett snin, u aktar tard żviluppat interess fid-drama, fejn kisbet ċertifikazzjoni minn Trinity College. Riċentement, hi skopriet imħabba partikolari għall-arti tal-buffu, fejn tesplora is-sens tal-logħob u l-espressjoni mhux verbali. Għal dawn l-aħħar sentejn, Maya kienet membru attiv ta’ Opening Doors, fejn kompliet tiżviluppa l-passjoni tagħha għall-produzzjoni speċjalment dawk li jinkludu kommunitajiet diversi.
VoluntierIt-Tim tal-Mużika
Justin Galea
Justin Galea huwa vokalist versatili u jdoqq numru ta’ strumenti mużikali. Magħruf għall-prestazzjonijiet tiegħu f’Rockestra, Voices, Serataron u XOW (fuq TVM), kif ukoll fil-proġetti tiegħu KażinSka, Plato’s Dream Machine, u Djun. Justin ipparteċipa f’bosta produzzjonijiet waqt festi Maltin, avvenimenti u kollaborazzjonijiet internazzjonali fejn jgħaqqad il-mużika, l-edukazzjoni, u l-proġetti kreattivi bbażżati fuq il-komunità.
Kap
Benjamin Cachia
Benji Cachia huwa mużiċist professjonali, magħruf ukoll bħala ‘Banjo Racho’, u ilu jdoqq u jaħdem ma’ mużiċisti popolari internazzjonali għal aktar minn 20 sena. Hu daqq ma’ Pete Lockett, John Butler, Plini, Dry the River, Giri Udupa, Fernando Hernandez (id-drummer oriġinali ta’ Queens of the Stone Age), Guthrie Govan, Delta Sleep fost oħrajn. Il-prestazzjonijiet tiegħu huma mgħarufin għall-enerġija, għall-kreattività u għall-mużikalità distintiva tiegħu.
Kap
Luigi Buhagiar
Luigi Buhagiar huwa artist, mużiċist, u attur Malti, fejn xogħolu jgħaqqad il-kreattività, l-edukazzjoni, u l-involviment tal-komunità. Għalkemm għandu B.Eng. (Hons) bħala Inġinier Mekkaniku mill-Università ta’ Malta - inkluż sena ta’ studju fl-Università Teknika Ċeka fi Praga.
Assistent
Krista Maria Bonello
Krista Maria Bonello, ta’ 20 sena, hija attriċi li bħalissa qed tlesti l-Baċellerat fl-Arti Performattiva fl’MCAST. Il-vjaġġ tagħha fl-arti beda fl-età ta’ disgħa snin, fejn daqqet il-flawt mal-’Peace Band Club’. Kellha diversi esperjenzi iddoqq fi Soirées, ma’ Stagecoach Further Stages, u f’kollaborazzjonijiet professjonali ma’ Opening Doors, Villa Bianca, u Opera Nova. Krista tinvolvi ruħha wkoll minn wara l-kwinti ta’ produzzjonijiet, bil-fotografija, u l-marketing, u dan jirrefletti d-dedikazzjoni sħiħa tagħha lejn l-arti u lejn Opening Doors.
Voluntier
Michael Vella Zarb
Michael huwa mużiċist professjonali bbażat f'Malta b'aktar minn 15-il sena esperjenza idoqq id-drums. Wara li l-ewwel studja taħt id-drummers lokali stmati Joseph Camilleri (is-Snr.) u Fabrizio Giorgio, issa huwa jinterpreta ma' gruppi lokali f'diversi stili, inklużi r-rock, il-jazz, il-funk, is-ska u r-reggae.
Music Assistant It-Tim taż-Żfin
Milu Di Lorenzo
Milù hija żeffiena mill-Italja, b’interess speċjali fil-konnessjoni bejn il-moviment u l-ispazju. B’imħabba profonda għall-ħolqien ta’ spazji inklużivi u uniċi għall-moviment, Milù tiffoka fuq it-tagħlim, il-kreazzjoni, u l-produzzjoni. Ix-xogħol tagħha huwa mmexxi minn xewqa li taqsam l-għarfien tagħha u ssaħħaħ fl-oħrajn ir-rieda li jiskopru l-potenzjal tagħhom.
Kap
Sara Accettura
Sara hija edukatriċi, prattikanta, u akkademika li tispejċalizza fl-iżfin inklużiv. Għandha kwalifiki avvanzati fit-tagħlim tal-iżfin, fil-korjografija u fil-produzzjoni mill-Italja u r-Renju Unit. Sara għallmet, ħolqot u pproduċiet proġetti ta’ korjografija f’bosta pajjiżi. Bħala professur u direttur artistiku b’PhD fl-iżfin u l-inklużjoni, ix-xogħol tagħha jgħaqqad il-prattika u l-pedagoġija.
Kap
kate grima
Kate kisbet B.Psych (Hons) mill-Università ta’ Malta (2016), MSc fil-Psikoloġija tat-Tfal u l-Adoloxxenti mill-Università ta’ Leiden (2018), u M.Psych fil-Psikoloġija Edukattiva (Malta, 2021). Hija prattikanta tas-sistema CBT, fl-assessjar, il-litteriżmu u l-interventi bbażati fuq il-logħob b’konsultazzjoni mal-ġenituri. Għandha aktar minn disa’ snin esperjenza fl-appoġġ ta’ tfal bi bżonnijiet soċjo-emozzjonali, ADHD, awtiżmu, dislessja, u s-Sindromu Down. Għandha wkoll ċertifikazzjoni fil-Logħob Terapewtiku (APAC), u bħalissa qed titħarreġ fil-Kowċing tal-Logħob Filjali. Kate isservi fil-kumitat tal-MAPT, u tagħmel volontarjat fl-arti inklużiva.
Assistent
Emma Camilleri
Emma iggradwat mill-Università ta’ Malta b’Baċellerat fl-Arti taż-żfin u l-Istudji tal-Kommunikazzjoni. Tħobb ħafna l-marketing, il-kreazzjoni ta’ kontenut, u naturalment l-isbuħija taż-żfin. L-istudji akkademiċi tagħha flimkien mal-esperjenza fil-marketing , fis- social media management, produzzjoni tal-vidjows, u l-involviment mad-ditti, isaħħu il-kapaċitajiet u l-ħiliet tagħha fl-industriji kreattivi u kommunikattivi.
Assistent
edmilson zammit
Edmilson Zammit huwa artist emerġenti Malti li jispeċjalizza fl-arti performattiva, b'taħriġ fiż-żfin kontemporanju u elementi tad-disinn teatrali bħal props, kostumi, u dwal. Il-vjaġġ kreattiv ta' Edmilson jgħaqqad iż-żfin kontemporanju ma' diversi forom ta' teatru, inkluż it-teatru ritwali u dak komunitarju. Huwa kkollabora ma' diversi komunitajiet f'Malta, inkluż il-festivals tat-tfal Trikkitrakki u ŻiguŻajg, kif ukoll il-Ġambori, il-festival prinċipali ta' Teatru Malta għall-anzjani. Edmilson juża ż-żfin bħala mezz trasformattiv li jrawwem konnessjoni bejn l-artisti u l-udjenza permezz tar-ritwali u d-disinn tad-dawl.
Dance Assistant
sarah vella
Sara hija persuna matura, pożitiva, u bieżla. Tħobb tissoċjaliżża u tħobb taħdem f’ambjent ta’ tim fejn tista taħdem flimkien ma’ oħrajn, dejjem ta’ għajnuna, u b’sens ta’ umoriżmu. Titgħallem malajr u dejjem entużjasta biex titgħallem ħiliet ġodda.
Assistent alison white
B'aktar minn 46 sena esperjenza, Alison White hija żeffiena, koreografa u edukatriċi rrispettata fuq livell internazzjonali. Il-karriera distinta tagħha tinkludi d-direzzjoni tal-Alison White Dance Studio u l-kumpanija tagħha, White Heat. Bħala mexxejja b'esperjenza kbira, hija kienet iċ-Chairperson ta' ŻfinMalta u bħalissa tmexxi n-NAPA. Lil hinn mix-xogħol professjonali tagħha fuq il-palk, Alison iddedikat erba' deċennji għal servizz volontarju, fejn għallmet iż-żfin lil studenti bi bżonnijiet addizzjonali fiċ-Ċentru tar-Riżorsi Guardian Angel u Opening Doors.
Ballet Leader
Abbie Hebein
Abbie hija ffaċilitatriċi tal-arti kreattiva u disinjatriċi tal-programmi. Qabel ma marret toqgħod Malta biex issegwi Masters fl-Edukazzjoni tal-Adulti għall-Bidla Soċjali, Abbie kienet id-Direttriċi tal-Programmi Pubbliċi f’apexart, fejn mexxiet fellowships esperjenzjali għal artisti internazzjonali u pproduċiet avvenimenti ta' involviment pubbliku għal esebizzjonijiet madwar id-dinja. Fil-mużew Cooper Hewitt, Smithsonian Design, hija appoġġat programmi kuratorjali u edukattivi, inkluża l-inizjattiva nazzjonali "Design in the Classroom", li tgħaqqad lill-għalliema mad-disinn u l-edukazzjoni tad-disinn. Hija mexxiet programmi komunitarji tal-arti u l-edukazzjoni f'New York (USA), Puebla (Messiku), Portland (USA), Glasgow (UK) u l-Belt Valletta (Malta).
Volunteer