Taħriġ fl-iżfin, produzzjoni, u esplorazzjoni kreattiva għal artisti adulti.
Il-klassijiet tal-iżfin ta’ Opening Doors joffru taħriġ strutturat kif ukoll l-opportunità għal sehem fi produzzjonijiet fi spazji kontemporanji u inkluzzivi. Is-sessjonijiet huma mmexxija minn għalliema/artisti professjonali tal-iżfin li jiggwidaw il-parteċipanti bil-provi, l-improvviżżazjoni, u suġġetti kreattivi. Is-sessjonijiet ta’ kull ġimgħa isiru f’SOPA, u Alison White Dance Studios. Dawn jippreparaw il-membri tagħna għal prestazzjonijiet professjonali u multidixxiplinarji kemm f’Malta kif ukoll barra minn Malta.
Iltaqa' mal-faċilitaturi taż-żfin tagħna.
Il-faċilitaturi tal-grupp taż-żfin tagħna huma artisti u edukaturi b'esperjenza, li jġibu magħhom firxa wiesgħa ta' prattika professjonali fil-prestazzjoni, il-koreografija u ż-żfin inklużiv. Flimkien, huma joħolqu spazji rigorużi u ta' appoġġ fejn il-parteċipanti jistgħu jesploraw il-moviment u jiżviluppaw il-vuċi artistika tagħhom stess.
Milu Di Lorenzo
Milù hija żeffiena mill-Italja, b’interess speċjali fil-konnessjoni bejn il-moviment u l-ispazju. B’imħabba profonda għall-ħolqien ta’ spazji inklużivi u uniċi għall-moviment, Milù tiffoka fuq it-tagħlim, il-kreazzjoni, u l-produzzjoni. Ix-xogħol tagħha huwa mmexxi minn xewqa li taqsam l-għarfien tagħha u ssaħħaħ fl-oħrajn ir-rieda li jiskopru l-potenzjal tagħhom.
Kap
Sara Accettura
Sara hija edukatriċi, prattikanta, u akkademika li tispejċalizza fl-iżfin inklużiv. Għandha kwalifiki avvanzati fit-tagħlim tal-iżfin, fil-korjografija u fil-produzzjoni mill-Italja u r-Renju Unit. Sara għallmet, ħolqot u pproduċiet proġetti ta’ korjografija f’bosta pajjiżi. Bħala professur u direttur artistiku b’PhD fl-iżfin u l-inklużjoni, ix-xogħol tagħha jgħaqqad il-prattika u l-pedagoġija.
Kap
kate grima
Kate kisbet B.Psych (Hons) mill-Università ta’ Malta (2016), MSc fil-Psikoloġija tat-Tfal u l-Adoloxxenti mill-Università ta’ Leiden (2018), u M.Psych fil-Psikoloġija Edukattiva (Malta, 2021). Hija prattikanta tas-sistema CBT, fl-assessjar, il-litteriżmu u l-interventi bbażati fuq il-logħob b’konsultazzjoni mal-ġenituri. Għandha aktar minn disa’ snin esperjenza fl-appoġġ ta’ tfal bi bżonnijiet soċjo-emozzjonali, ADHD, awtiżmu, dislessja, u s-Sindromu Down. Għandha wkoll ċertifikazzjoni fil-Logħob Terapewtiku (APAC), u bħalissa qed titħarreġ fil-Kowċing tal-Logħob Filjali. Kate isservi fil-kumitat tal-MAPT, u tagħmel volontarjat fl-arti inklużiva.
Assistent
Emma Camilleri
Emma iggradwat mill-Università ta’ Malta b’Baċellerat fl-Arti taż-żfin u l-Istudji tal-Kommunikazzjoni. Tħobb ħafna l-marketing, il-kreazzjoni ta’ kontenut, u naturalment l-isbuħija taż-żfin. L-istudji akkademiċi tagħha flimkien mal-esperjenza fil-marketing , fis- social media management, produzzjoni tal-vidjows, u l-involviment mad-ditti, isaħħu il-kapaċitajiet u l-ħiliet tagħha fl-industriji kreattivi u kommunikattivi.
Assistent
edmilson zammit
Edmilson Zammit huwa artist emerġenti Malti li jispeċjalizza fl-arti performattiva, b'taħriġ fiż-żfin kontemporanju u elementi tad-disinn teatrali bħal props, kostumi, u dwal. Il-vjaġġ kreattiv ta' Edmilson jgħaqqad iż-żfin kontemporanju ma' diversi forom ta' teatru, inkluż it-teatru ritwali u dak komunitarju. Huwa kkollabora ma' diversi komunitajiet f'Malta, inkluż il-festivals tat-tfal Trikkitrakki u ŻiguŻajg, kif ukoll il-Ġambori, il-festival prinċipali ta' Teatru Malta għall-anzjani. Edmilson juża ż-żfin bħala mezz trasformattiv li jrawwem konnessjoni bejn l-artisti u l-udjenza permezz tar-ritwali u d-disinn tad-dawl.
Dance Assistant
sarah vella
Sara hija persuna matura, pożitiva, u bieżla. Tħobb tissoċjaliżża u tħobb taħdem f’ambjent ta’ tim fejn tista taħdem flimkien ma’ oħrajn, dejjem ta’ għajnuna, u b’sens ta’ umoriżmu. Titgħallem malajr u dejjem entużjasta biex titgħallem ħiliet ġodda.
Assistent alison white
B'aktar minn 46 sena esperjenza, Alison White hija żeffiena, koreografa u edukatriċi rrispettata fuq livell internazzjonali. Il-karriera distinta tagħha tinkludi d-direzzjoni tal-Alison White Dance Studio u l-kumpanija tagħha, White Heat. Bħala mexxejja b'esperjenza kbira, hija kienet iċ-Chairperson ta' ŻfinMalta u bħalissa tmexxi n-NAPA. Lil hinn mix-xogħol professjonali tagħha fuq il-palk, Alison iddedikat erba' deċennji għal servizz volontarju, fejn għallmet iż-żfin lil studenti bi bżonnijiet addizzjonali fiċ-Ċentru tar-Riżorsi Guardian Angel u Opening Doors.
Ballet Leader
Abbie Hebein
Abbie hija ffaċilitatriċi tal-arti kreattiva u disinjatriċi tal-programmi. Qabel ma marret toqgħod Malta biex issegwi Masters fl-Edukazzjoni tal-Adulti għall-Bidla Soċjali, Abbie kienet id-Direttriċi tal-Programmi Pubbliċi f’apexart, fejn mexxiet fellowships esperjenzjali għal artisti internazzjonali u pproduċiet avvenimenti ta' involviment pubbliku għal esebizzjonijiet madwar id-dinja. Fil-mużew Cooper Hewitt, Smithsonian Design, hija appoġġat programmi kuratorjali u edukattivi, inkluża l-inizjattiva nazzjonali "Design in the Classroom", li tgħaqqad lill-għalliema mad-disinn u l-edukazzjoni tad-disinn. Hija mexxiet programmi komunitarji tal-arti u l-edukazzjoni f'New York (USA), Puebla (Messiku), Portland (USA), Glasgow (UK) u l-Belt Valletta (Malta).
Volunteer