Group of diverse people smiling and clapping at an indoor event.

Xogħolna ma jistax ikun possibbli mingħajr l-appoġġ tal-benefatturi u patruni tagħna.

Opening Doors ma jistax jeżisti mingħajr l-appoġġ ġeneruż tal-benefatturi tagħna, fejn l-impenn tagħhom lejn l-aċċess, l-opportunità, u l-iżvilupp kreattiv jgħinna inrawmu t-talent kif ukoll inneħħu barrieri għall-parteċipazzjoni. Il-kontribut tagħhom jgħinna noħolqu opportunitajiet għall-artisti kif ukoll għall-udjenzi tagħna. Jekk tixtieq tappoġġja xogħolna u tkun parti fil-ħolqien tal-opportunitajiet fil-futur, żur il-paġna tagħna Involvi Ruħek biex tara kif tista tikontribwixxi.

Black background with a white geometric shape resembling a partially opened door or arch, and the text 'KUNSILL MALTI GHALL-ARTI' below it.

Arts Council Malta ilu jappoġġja lil Opening Doors Association għal ħafna snin, permezz ta’ fondi bħall-iskema tal-Investiment fl-Organizzazzjonijiet Kulturali (ICO) kif ukoll permezz tal-Premju tal-President għall-Kreattività. Din il-kollaborazzjoni kontinwa tippermettilna nkomplu inkabbru l-klassijiet tal-mużika, tat-teatru, u tal-iżfin, kif ukoll nsaħħu l-proċessi interni tagħna, u b’hekk nibdnu pedament b’saħħtu għal xogħol sostenibbli u għall-futur tal-organizzazzjoni.

Kunsill Malti Għall-Arti

Logo for Voluntary Organisations Project Scheme (VOPS), with the abbreviation in large purple letters and the full name in smaller purple text below.

Skema għal-Proġetti għall-Organizzazzjonijiet Volontarji (VOPS)

Skema għal-Proġetti għall-Organizzazzjonijiet Volontarji (VOPS), hija inizjattiva ta’ appoġġ amministrata mill-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat, li pprovdiet lil Opening Doors bi grant li għenet il-produzzjoni tagħna Visible Voices. Dawn il-fondi jikkontribwixxu ukoll għall-iżvilupp tal-materjal fotografiku u tal-medja, li jntużaw fil-komunikazzjoni pubblika tagħna, kif ukoll għall-iżvilupp ta’ websajt ġdida, u għenu biex inżidu il-viżabilità u l-għarfien pubbliku dwar Opening Doors.

Logo of the Melita Foundation featuring a stylized 'M' in gradient purple, blue, and cyan colors with the text 'melita foundation' on a white rounded rectangle background.

The Melita Foundation tappoġġja lil Opening Doors bħala sponsor tal-klassi ta’ kull ġimgħa, Music Level 1. Il-kontribuzzjoni tagħhom tippermettilna nipprovdu sessjonijiet regolari tal-mużika lill-membri tagħna, u niżguraw opportunitajiet kontinwi għall-iżvilupp tal-ħiliet mużikali għall-membri tagħna, biex ikomplu jesprimu l-kreattività tagħhom.

The Melita Foundation

APS Bank logo with stylized graphic and text on a dark background

APS Bank tappoġġja lil Opening Doors bħala sponsor tal-klassi ta’ kull ġimgħa, Music Level 2. Il-kontribuzzjoni tagħhom tippermettilna nżommu dan il-programm għaddej b’mod sostenibbli, fejn nkomplu nipprovdu aċċess għall-edukazzjoni tal-mużika u opportunitajiet kreattivi għall-membri tagħna

APS Bank

Logo with text 'SPAZJU KREATTIV 25' and a stylized 'K' on a dark background.

Spazju Kreattiv kien parti integrali mill-vjaġġ ta’ Opening Doors minn meta nfetħu l-bibien tagħna, fejn kellu rwol ewlieni fit-twaqqif tal-organizzazzjoni bħala parti minn proġett Ewropew fejn Opening Doors seta’ jibda. Spazju Kreattiv minn dejjem għen billi offra spazju għal diversi attivitajiet, inkluż is-sessjonijiet ta’ kull ġimgħa ta’ Theatre Level 1 u 2,  diversi programmi oħra, u Arts Ability Weekend. Spazju Kreattiv jibqa’ sieħeb importanti u fit-tul fl-iżvilupp tagħna.

Spazju Kreattiv

Logo of The Alison White Dance Studio in Malta, featuring a silhouette of a dancer performing a leap inside a circular border with the studio's name.

Alison White Dance Studios

Alison White Dance Studios - Grazzi għall-patroċinju ġeneruż ta’ Alison White, Opening Doors jista’ jipprovdi l-klassijiet ta’ Dance Level 2 f’Alison White Dance Studios. Kull nhar ta’ Tlieta, il-membri tagħna jipparteċipaw fil-klassijiet tal-ballet, immexxija minn Dame Alison White nnfisha.

Black background with white text and minimalist line drawings of kitchen utensils, logo for SOPA Malta, established 1990.

School of Performing Arts (SOPA)

School of Performing Arts (SOPA) tipprovdi lil-Opening Doors spazju għal taħriġ u prattika ta’ kull ġimgħa.  Dan l-appoġġ huwa essenzjali biex inkunu nistgħu nipprovdu programmi u attivitajiet regolari. L-ispazju fiżiku jippermettilna noffru taħriġ kontinwu lill-membri tagħna.

A black background featuring a white theatrical crest with four quadrants, a crown on top, and the year 1732. Below the crest, the text reads "TEATRU MANOEL."

Teatru Manoel huwa kollaborattur bikri ta’ Opening Doors, fejn jappoġġja spazju u opportunitajiet għal skjambu artistiku u involviment tal-artisti. Il-fiduċja u l-kollaborazzjoni tagħhom ikomplu jipprovdu spazji sinifikanti għall-iżvilupp kreattiv u l-prattika inklużiva artistika.

Teatru Manoel

A man with a shaved head wearing headphones looking down at a small electronic device on a table, surrounded by other people, in an indoor setting with wooden walls.

Aċċess, opportunità, u kreattività


Mhux bil-kliem biss - imma bil-prinċipji li jiggwidaw ix-xogħol tagħna, ir-raġuni għaliex Opening Doors jibqa’ jrawwem it-talent, jiftaħ il-bibien, u joħloq toroq ġodda.

Performers on stage entertaining an audience with musical instruments and dance, with audience members watching.

Ma stajniex nimxu waħedna. 


Wara kull proġett hemm ġemgħa sħiħa ta’ organizzazzjonijiet, istituzzjonijiet, u individwi li jemmnu fil-potenzjal tal-artisti kollha - u fid-dritt tagħhom biex jipparteċipaw b’mod sħiħ fl-arti.

Three people on a stage, one man in an orange T-shirt laughing and pointing, two women with glasses standing nearby, one smiling, behind black curtains and a water cooler.

L-appoġġ tiegħek jibni l-futur tagħna!


Mill-ikkummissjonar ta’ produzzjonijiet, sal-iżvilupp ta’ taħriġ inklużiv, l-isponsors u l-imsieħba tagħna jgħinu biex kull idea issir realtà. Jekk tixtieq tinvolvi ruħek fit-tiswir ta’ opportunitajiet għall-artisti fil-futur, ara kif tista tappoġġja x-xogħol tagħna.

Jekk tixtieq tkun parti mit-tiswir ta' opportunitajiet futuri għall-artisti, esplora modi kif tista tappoġġja x-xogħol tagħna.