A group of young men performing with drums and a microphone, wearing dark clothing and glasses, on a stage.

Taħriġ fil-mużika, produzzjonijiet tal-ensemble, u prattika kreattiva għal artisti adulti.

Il-klassijiet tal-mużika ta’ Opening Doors jgħaqqdu l-artisti flimkien biex jiżviluppaw lil-ħiliet tagħhom, jesploraw il-kreatività, u jaħdmu b’mod kollaborattiv. Mużiċisti professjonali imexxu is-sessjonijiet, u huma jiggwidaw il-parteċipanti bit-taħriġ tal-ensemble, l-improvviżżazzjoni, u l-opportunitajiet għal produzzjonijiet publiċi. Il-provi jsiru kull ġimgħa f’SOPA, fejn il-membri jiġu ppreparati għal produzzjonijiet multidixxiplinarji u professjonali kemm f’Malta, kif ukoll barra minn xtutna.

Four children playing drums and a guitar on stage, smiling and interacting during a performance or practice.

Il-faċilitaturi tal-mużika tagħna huma mużiċisti u edukaturi b'esperjenza, bi sfondi professjonali li jinkludu l-prestazzjoni, il-kompożizzjoni u l-prattika tal-mużika inklużiva.  Flimkien, huma joħolqu spazji kollaborattivi fejn il-parteċipanti jiżviluppaw ħiliet mużikali, jesploraw il-kreattività u jibnu l-kunfidenza tagħhom permezz tal-ħolqien tal-mużika.

Iltaqa' mal-faċilitaturi tal-mużika tagħna.

Close-up of a man with a beard and short hair, wearing a denim jacket over a white shirt, looking into the camera with a serious expression, against a dark background.

Justin Galea

Justin Galea huwa vokalist versatili u jdoqq numru ta’ strumenti mużikali. Magħruf għall-prestazzjonijiet tiegħu f’Rockestra, Voices, Serataron u XOW (fuq TVM), kif ukoll fil-proġetti tiegħu KażinSka, Plato’s Dream Machine, u Djun. Justin ipparteċipa f’bosta produzzjonijiet waqt festi Maltin, avvenimenti  u kollaborazzjonijiet internazzjonali fejn jgħaqqad il-mużika, l-edukazzjoni, u l-proġetti kreattivi bbażżati fuq il-komunità.

Kap
A man with short brown hair and a beard, wearing a denim jacket and white T-shirt, sitting on a small wooden stool in a music studio. Behind him is a blue drum set, and in the foreground, there's a black percussion instrument on a white round table. A colorful mountain landscape painting with a bird and large pink flower hangs on the white wall behind him.

Benjamin Cachia

Benji Cachia huwa mużiċist professjonali, magħruf ukoll bħala ‘Banjo Racho’, u ilu jdoqq u jaħdem ma’ mużiċisti popolari internazzjonali għal aktar minn 20 sena. Hu daqq ma’ Pete Lockett, John Butler, Plini, Dry the River, Giri Udupa, Fernando Hernandez (id-drummer oriġinali ta’ Queens of the Stone Age), Guthrie Govan, Delta Sleep fost oħrajn. Il-prestazzjonijiet tiegħu huma mgħarufin għall-enerġija, għall-kreattività u għall-mużikalità distintiva tiegħu.

Kap
Close-up of a young man with curly dark hair, wearing round glasses, a white t-shirt, and a blue denim jacket against a plain neutral background.

Luigi Buhagiar

Luigi Buhagiar huwa artist, mużiċist, u attur Malti, fejn xogħolu jgħaqqad il-kreattività, l-edukazzjoni, u l-involviment tal-komunità. Għalkemm għandu B.Eng. (Hons) bħala Inġinier Mekkaniku mill-Università ta’ Malta - inkluż sena ta’ studju fl-Università Teknika Ċeka fi Praga. 

Assistent  
A woman with wavy brown hair, glasses, and wearing a beige sweater and checkered scarf poses against a gray background.

Krista Maria Bonello

Krista Maria Bonello, ta’ 20 sena, hija attriċi li bħalissa qed tlesti l-Baċellerat fl-Arti Performattiva fl’MCAST. Il-vjaġġ tagħha fl-arti beda fl-età ta’ disgħa snin, fejn daqqet il-flawt mal-’Peace Band Club’. Kellha diversi esperjenzi iddoqq fi Soirées, ma’ Stagecoach Further Stages, u f’kollaborazzjonijiet professjonali ma’ Opening Doors, Villa Bianca, u Opera Nova. Krista tinvolvi ruħha wkoll minn wara l-kwinti ta’ produzzjonijiet, bil-fotografija, u l-marketing, u dan jirrefletti d-dedikazzjoni sħiħa tagħha lejn l-arti u lejn Opening Doors.

Voluntier
A man with curly hair playing drums in a music studio, wearing a striped t-shirt.

Michael Vella Zarb

Michael huwa mużiċist professjonali bbażat f'Malta b'aktar minn 15-il sena esperjenza idoqq id-drums. Wara li l-ewwel studja taħt id-drummers lokali stmati Joseph Camilleri (is-Snr.) u Fabrizio Giorgio, issa huwa jinterpreta ma' gruppi lokali f'diversi stili, inklużi r-rock, il-jazz, il-funk, is-ska u r-reggae.

Assistent