Taħriġ fit-teatru, produzzjoni, u
l-kollaborazzjoni kreativa għal artisti adulti.

Women and children holding hands and smiling during a group activity.
A bald man in a maroon shirt sitting and looking down, with one arm extended forward. The background is dark.

Il-klassijiet tat-teatru ta’ Opening Doors joffru taħriġ u opportunità għal produzzjonijiet fit-teatru kollaborattiv u kollettiv. Is-sessjonijiet kull ġimgħa isiru fi Spażju Kreattiv u jgħatu lill-parteċipanti l-opportunità biex jiżviluppaw it-talenti artistiċi, jesploraw il-kreattività, u jipparteċipaw fil-produzzjonijiet professjonali u multidixxiplinarji f’Malta, kif ukoll barra minn Malta. Is-sessjonijiet tat-teatru għandhom żewġ livelli, fejn il-grupp ta’ l-Ewwel Livell, immexxija minn Eva, bl-għajnuna ta’ Lilla,  jiltaqgħu nhar ta’ Erbgħa, filwaqt li l-grupp b’aktar esperjenza, it-Tieni Livell, immexxija minn Douglas, bl-għajnuna ta’ Ambra u Maya, jiltaqgħu nhar ta’ Ħamis.

Iltaqa' mal-faċilitatur tat-teatru tagħna.

Il-faċilitaturi tal-grupp tat-teatru tagħna huma prattikanti u edukaturi b'esperjenza, li jġibu magħhom sfond professjonali b'saħħtu fil-prestazzjoni, id-direzzjoni u l-prattika tat-teatru inklużiv.  Flimkien, huma joħolqu spazji ffukati u kollaborattivi fejn il-parteċipanti jesploraw ir-rakkont tal-istejjer, jiżviluppaw ħiliet ta' prestazzjoni u jiffurmaw il-vuċi kreattiva tagħhom stess.

Close-up photo of a young woman with light brown hair, blue eyes, and fair skin, smiling, wearing blue earrings shaped like crescent moons and a blue sleeveless top against a dark blue background.

Eva Mallia Consiglio

Eva gradwat mill-Università ta’ Malta fl-Arti Performattiva b’first-class honours. Hi kompliet l-istudji tagħha permezz tal-programm Erasmus f’Canterbury Christ Church University, fejn kisbet taħriġ fit-teatru, fl-iżfin, u fil-mużika. Eva ħadmet bħala attriċi u assistenta tal-palk f’diversi produzzjonijiet, fosthom Dik is-Siġra f’Nofs tà Triq (Teatru Malta, 2023), Trikki Trakki (2023), Dr Zen and the Topsy Turvey World (ŻiguŻajg, 2024), u 1x1 (Chewing Production, 2024). Bħalissa, Eva qed tistudja għal Master’s fl-Edukazzjoni fid-Drama biex tkompli issaħħaħ il-prattika pedagoġika tagħha.

Kap
Close-up of a middle-aged man with gray hair, wearing a black shirt, smiling slightly against a dark background.

Douglas Comley

Douglas rebaħ il-premju Creative Arts Wales, għandu BA (Hons) fl-Arti Performattiva mill-Università ta’ Middlesex Londra. Hu beda l-karriera taż-żfin tiegħu ma’ Nigel Charnock (DV8), f’Nexus Dance, u wara, ipparteċipa fi produzzjonijiet ma’ Vincent Dance Theatre, Attik Dance, u Daghdha Dance. Douglas ħoloq ukoll koreografiji għal diversi kumpaniji Maltin, fosthom Contact Dance Company Malta. F’Wales, huwa għallem f’Gower College, u serva bħala d-direttur ta’ Dynion Male Dance Theatre kif ukoll ta’ kumpanija għaż-żgħażagħ, fejn mexxa proġetti fil-komunità kif ukoll celebrazzjonijiet importanti. Illum, Douglas jaħdem mill-qrib ma’ organizzazzjonijiet Maltin tal-arti u tal-komunità.

Kap
Young woman with short, wavy brown hair, wearing a black spaghetti strap top, standing outdoors near a tree and rock wall.

Lilla Kedves

Lilla Kedves hija artista ibbażata f’Malta, oriġinarjament mill-Ungerija. Hija iggradwat riċentement mill-Università ta’ Malta, fil-kors tal-Baċellerat fl-Arti Performattiva. Lilla ipparteċipat f’bosta produzzjonijiet, fosthom Musical Matchup ma’ Shrinking Violets, u Alda ma’ Theatre Anon. Ix-xogħol tagħha jiffoka fuq it-teatru fiżiku u l-artivism, u għandha interess fil-puppetry. Lilla ilha taħdem ma’ Opening Doors Grupp 1 tat-teatru mill-2023.

Assistent
A woman with dark hair and a colorful headband standing outdoors in bright sunlight, with a large statue in the background and stairs to her left.

Ambra Anselmo

Ambra hija kburija li hija parti mit-tim tà Opening Doors, imdawra b’artisti li bħalha jemmnu fil-qawwa tal-arti li tibdel in-normi tas-soċjetà. Għaliha, Opening Doors toffri spazju pożittiv għall-kreattività, l-espressjoni, il-konnessjoni, u għall-iżvilupp personali. Dan l-ambjent jispiriha biex tistudja kif il-prattika artistika tista’ ssir aktar inklużiva, b’emfażi fuq l-esperjenzi tattili. L-arti hija ċ-ċwievet li tiftaħ il-bibien għal-soċjeta’ aħjar!

Assistent
Portrait of a young woman with curly hair wearing a black t-shirt, posing against a dark background.

Maya Mifsud

Maya Mifsud hija attriċi, u bħalissa qed taqra għal Baċellerat fl-Arti Performattiva fl’MCAST. Il-vjaġġ artistiku tagħha beda bil-ballet fl-eta’ ta’ tlett snin, u aktar tard żviluppat interess fid-drama, fejn kisbet ċertifikazzjoni minn Trinity College. Riċentement, hi skopriet imħabba partikolari għall-arti tal-buffu, fejn tesplora is-sens tal-logħob u l-espressjoni mhux verbali. Għal dawn l-aħħar sentejn, Maya kienet membru attiv ta’ Opening Doors, fejn kompliet tiżviluppa l-passjoni tagħha għall-produzzjoni speċjalment dawk li jinkludu kommunitajiet diversi.

Voluntier