L-aċċess għall-arti jrid ikun universali.
Il-bibien tagħna miftuħa
Opening Doors hija organizzazzjoni ibbażata f’Malta li taħdem ma’ adulti b’diżabilità intelletwali b’taħriġ fl-iżfin, fil-mużika, u fit-teatru.
Aħna inħarrġu il-membri, niżviluppaw xogħol oriġinali magħhom, u noħolqu spazji komuni għall-kulħadd.
Ix-xogħol tagħna huwa inklużiv mingħajr ebda kompromess fil-kwalità.
Għax id-diżabilità mhix barriera għall-arti.
U l-aċċess għall-arti huwa dritt, mhux pjeċir.
Żfin
Taħriġ fl-iżfin, produzjonijiet, u esplorazzjoni kreattiva għall-artisti adulti.
Sessjonijiet kull ġimgħa f’SOPA u Alison White Dance Studios fuq l-iżvilupp ta’ ħiliet, provi, u ko-kreazzjoni ta’ produzzjonijiet teatrali.
Mużika
Taħriġ fil-mużika, wirjiet f’ensemble, u prattika kreattiva għal artisti adulti.
Sessjonijiet kull ġimgħa f’SOPA, taħriġ fil-ħiliet mużikali, l-improvvizzazzjoni, il-ko-kreazzjoni, u preparament għal-wirjiet pubbliċi.
Teatru
Taħriġ fit-teatru, produzzjonijiet teatrali u kollaborazzjoni kreattiva għall-artisti adulti.
Sessjonijiet kull ġimgħa fi Spazju Kreattiv. Taħriġ fil-ħiliet teatrali, u ko-kreazzjoni ta’ produzzjonijiet teatrali.
Opening Doors ilha tirrappreżenta u torganizza produzzjonijiet teatrali, mużikali u fl-iżfin, kif ukoll f’diversi forom interdixxiplinjari sa mill-2010. Ħdimna ma’ festivals bħal ŻiguŻajg, Notte Bianca, Malta Spring Festival u Valletta 2018, kif ukoll għamilna tours internazzjonali fl-Ewropa u fir-Renju Unit.
Ix-xogħol tagħna jiġi żviluppat permezz ta’ proċessi professjonali, kollaborattivi, u artistiċi. Dan jirrefletti l-kreatività, il-kapaċità u l-perspettivi tal-artisti b’diżabilità intelletwali.
Għarafna lilna nfusna - u nispikkaw.
Visible Voices, 2025
Is-Siġra tat-Tin, 2021
World Day of Dance, 2015
Moi et Nous, Jien u Aħna, 2011
X’Jgħidu l-Membri Tagħna
Mark Zammit Cutajar
Membru
Jordan Farrugia
Membru
Andreas Schembri
Membru
Benjamin Grech
Membru
Aħna naħdmu ma’ individwi u organizzazzjonijiet li jaraw l-inklużjoni bħala pilastru fundamentali tal-ħajja.
Opening Doors taħdem ma’ istituzzjonijiet kulturali, artisti professjonali, edukaturi u organizzazzjonijiet kemm f’Malta kif ukoll madwar l-Ewropa biex inkabbru l-aċċess, l-opportunitajiet, u l-eċċellenza fl-arti.