Group of people dancing and celebrating on stage with colorful lighting.

Opening Doors joħloq spazji għall-kreattività, il-kollaborazzjoni, u l-prestazzjoni.

Aħna noffru l-adulti b’diżabilità intelletwali opportunitajiet biex jitħarġu, jiskorpu, u jġeddu l-esperjenza tagħhom fi programmi u produzzjonijiet ta’ mużika, żfin, u teatru - f’Malta, kif ukoll barra minn Malta. Opening Doors toħloq aċċess għal arti performattiva bi prattiċi artistiċi li jħarsu il-benesseri tal-individwu, kif ukoll li jħeġġu it-tkabbir professjonali. Aħna ngħinu l-artisti fl-iżvilupp tal-ħiliet, il-kunfidenza personali, u l-vuċi tagħhom, b’taħriġ professjonali, bix-xogħol fl-ensemble, u bil-produzzjonijiet pubbliċi. 

Żfin

Group of people dancing on stage with arms raised in a choreographed routine, stage lighting in the background.

Taħriġ fl-iżfin, produzjonijiet, u esplorazzjoni kreattiva għall-artisti adulti.

Sessjonijiet kull ġimgħa f’SOPA u Alison White Dance Studios fuq l-iżvilupp ta’ ħiliet, provi, u ko-kreazzjoni ta’ produzzjonijiet teatrali.

Mużika

A group of six musicians, dressed in white shirts and suspenders, playing drums and percussion on stage during a performance, with dark curtains in the background.

Taħriġ fil-mużika, wirjiet f’ensemble, u prattika kreattiva għal artisti adulti.

Sessjonijiet kull ġimgħa f’SOPA, taħriġ fil-ħiliet mużikali, l-improvvizzazzjoni, il-ko-kreazzjoni, u preparament għal-wirjiet pubbliċi. 

Teatru

Four people wearing yellow safety vests standing together on stage, with three of them looking towards the right and one looking to the left. The background is dark, and there are blurred figures in the background.

Taħriġ fit-teatru, produzzjonijiet teatrali u kollaborazzjoni kreattiva għall-artisti adulti.

Sessjonijiet kull ġimgħa fi Spazju Kreattiv. Taħriġ fil-ħiliet teatrali, u ko-kreazzjoni ta’ produzzjonijiet teatrali.

Group of people in blue t-shirts with text, participating in an indoor activity involving balancing or walking in a line, guided by an older man.

Il-Laboratorji Kreattivi twieldu mix-xewqa tal-membri tagħna li jaħdmu aktar flimkien u jikkollaboraw ma’ gruppi u artisti oħra f’oqsma interdixxiplinarji differenti. Dan l-ispazju jipprovdi lill-membri ambjent fejn jistgħu jesperimentaw, jikkollaboraw, u joħolqu flimkien. Dawn il-laboratorji jinkoraġġixxu t-tagħlim bejn il-pari, il-kollaborazzjoni interna u esterna, u l-iżvilupp ta' tmexxija kreattiva. Il-membri jesploraw ideat ġodda, jirfinaw il-vuċi artistika tagħhom, u jiżviluppaw proġetti li jirriflettu l-esperjenzi tagħhom – kollha taħt saqaf wieħed. Bl-appoġġ tal-għotja ICO mill-Kunsill Malti għall-Arti, dawn il-laboratorji jiffukaw fuq:

Laboratorji Kreattivi

Programmi ma' Sħab

Opening Doors jaħdem ukoll ma' organizzazzjonijiet ewlenin biex jespandi l-opportunitajiet u l-eċċellenza fl-arti kollha:

People engaging in a lively discussion or debate on stage, with one woman raising her fist and smiling, and a man listening intently.
People engaging in a lively discussion or debate on stage, with one woman raising her fist and smiling, and a man listening intently.

Sessjonijiet Kreattivi Online

Permezz tal-kollaborazzjoni tagħna ma' Stepping Stones (UK), il-membri jiksbu l-opportunità li jingħaqdu ma' sessjonijiet onlajn li jgħaqqdu l-moviment kreattiv u l-esplorazzjoni tal-letteratura ma' artisti oħra mir-Renju Unit.

Stepping Stones Creative huwa sieħeb kollaborattiv ibbażat f'Salford, l-Ingilterra, li juża l-arti biex jappoġġja l-iżvilupp kreattiv u edukattiv ta' individwi b'diżabilità fit-tagħlim.

Barra minn hekk, l-organizzazzjoni toffri sessjonijiet kollaborattivi ta' moviment online li jinvolvu parteċipanti kemm minn Malta kif ukoll mill-Ingilterra.

Qed jiġu żviluppati wkoll rabtiet ta' sħubija ma' Salford Dance fl-Università ta' Salford. Stepping Stones Creative u Opening Doors bħalissa qed jesploraw modi kif jiżviluppaw aktar din il-kollaborazzjoni permezz ta' programm pilota ta' esperjenza ta' xogħol internazzjonali għal studenti taż-żfin tal-Università ta' Salford li jixtiequ jtejbu l-prattika taż-żfin inklużiva tagħhom.

A group of people, mostly women and one young girl, are practicing ballet in a dance studio. They are standing in a line at the barre, extending their arms and focusing on their movements. An instructor is guiding them. There are mirrors on the wall and large decorative letters 'A' and 'W' in the background.

Ballet

Permezz tal-patroċinju ġeneruż tagħha, Dame Alison White tipprovdi lill-membri ta' Opening Doors sessjonijiet tal-ballet kull ġimgħa immexxija personalment minnha.

Dawn il-kollaborazzjonijiet isaħħu l-impenn tagħna għall-aċċessibbiltà, l-iżvilupp artistiku, u esperjenzi kreattivi sinifikanti għall-parteċipanti kollha. Jekk tixtieq tikkollabora magħna fuq il-ħolqien ta' programm bi sħab – ikkuntattjana!

Produzzjonijiet

Mill-2010 ’l hawn, Opening Doors ippreżenta xogħol fit-teatru, żfin, mużika, u oqsma interdixxiplinarji li jirriflettu l-kreattività u l-vuċijiet tal-membri tagħna. Punti ewlenin jinkludu kummissjonijiet mill-Festival ŻiguŻajg, Notte Bianca, Malta Spring Festival, Valletta 2018, kif ukoll tours internazzjonali.

Group of people hugging and laughing in a circle in a dark room with a black curtain background.

ArtsAbility Weekend

Kull Diċembru, Opening Doors jiċċelebra l-Jum Internazzjonali tal-Persuni b'Diżabbiltà b'wirjiet u workshops inklużivi. Kull sena tvarja, iżda dan il-weekend kien il-post fejn twieled il-grupp tal-mużika tagħna u serva bħala pjattaforma għal wirjiet, flashmobs, workshops u diskussjonijiet.

Fl-2025, ArtsAbility kien iffinanzjat minn Culture Venture u ntuża bħala pjattaforma għal laboratorji kreattivi ma' artisti kollaboraturi f'dixxiplini ġodda. Dan kien jinkludi workshop ma' Luke Saydon fit-teatru mużikali, Kurt Buttigieg fil-ħolqien ta' ħoss diġitali, Christel Elsayah fil-produzzjoni tal-films, u workshop fiċ-ċelebrazzjoni tal-moviment immexxi mill-membru ta' Opening Doors Angela Bettoni flimkien mal-artist tal-ħoss Luca Selvaggi.

Outreach Edukattiv

Opening Doors jestendi l-impatt tiegħu permezz ta' workshops, taħditiet, u konferenzi:

- Workshops fl-iskejjel u fil-komunità.

- Sessjonijiet ta' żvilupp professjonali u taħriġ CPD.

- Konferenzi u kollaborazzjonijiet akkademiċi kif ukoll placements fuq l-inklużjoni, l-aċċessibbiltà, u l-arti.

Dawn il-programmi jibnu l-għarfien, irawmu prattika inklużiva, u jgħaqqdu parteċipanti u professjonisti madwar Malta u lil hinn.